“Għeżież uliedi! Qed inħares lejkom u fi qlubkom m' iniex nara ferħ. Illum nixtieq nagħtikom l-ferħ ta' l-Irxoxt, sabiex Hu jmexxikom u jħaddankom b' imħabbtu u bil-ħlewwa tiegħu. Inħobbkom u qed nitlob bla waqfien għall-konverżjoni tagħkom quddiem Ibni Ġesu'. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi. ”